Fil-media

02/05/2023

L-Ombudsman Parlamentari u l-Kummissarji jagħmlu żjara ta’ kortesija lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati

Wara l-ħatra riċenti tiegħu bħala Ombudsman, l-Imħallef Emeritus Joseph Zammit McKeon, l-Ombudsman Parlamentari għamel żjara ta’ kortesija lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia.

Matul  il-laqgħa, l-Ombudsman esprima l-gratitudni tiegħu lill-Ispeaker għall-appoġġ bla waqfien li dejjem irċieva l-Uffiċċju tiegħu. Din il-laqgħa sservi bħala xhieda tal-aċċessibbiltà tal-Ispeaker u r-rispett kbir tiegħu lejn l-istituzzjoni.

Barra minn hekk, l-Ombudsman enfasizza l-importanza li l-Uffiċċju tal-Ombudsman jinġieb eqreb lejn in-nies u jsir aktar rilevanti għas-soċjetà. Hu sostna ili jrid jiżgura li l-Uffiċċju tal-Ombudsman jibqa’ aċċessibbli għal kulħadd u li jkompli jservi ta’ pjattaforma biex jiġi indirizzat it-tħassib ta’ min iħoss li sofra xi forma ta’ att ta’ amministrazzjoni ħażina.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia, min-naħa tiegħu, esprima l-apprezzament tiegħu għax-xogħol siewi li jwettaq l-Ombudsman u l-Kummissarji tiegħu. Huwa rrikonoxxa ukoll il-ħtieġa li l-Parlament isib mekkaniżmu xieraq biex jiddiskuti r-rapporti mressqa lill-Parlament mill-Ombudsman.

L-Ombudsman kien akkumpanjat mill-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar, il-Perit Alan Saliba; il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Prim Imħallef Emeritus Vincent De Gaetano; u l-Kummissarju għas-Saħħa, il-Professur Ray Galea.

Servizz tal-aħbarijeit ta’ TVM 

Servizz tal-aħbarijiet minn NET News (Maltese)

_____________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________

30 April 2023

L-Ombudsman intervistat minn The Malta Independent

L-Ombudsman, l-Imħallef Emeritus Joseph Zammit McKeon, kien intervistat minn The Malta Independent on Sunday. Matul l-intervista hu tkellem dwar diversi suġġetti fosthom, l-irwol ġdid tiegħu, il-funzjoni tal-Ombudsman u l-Kummissarji u l-viżjoni tiegħu għall-istituzzjoni.

Tista’ taqra l-intervista sħiħa hawn.

_____________________________________________________________________________________________________________________________________________________________________

17 ta’ April 2023

L-Ombudsman Parlamentari, l-Imħallef Emeritus Joseph Zammit McKeon intervistat minn Tonio Bonello waqt il-programm fuq Radju Malta ‘Il-Polz taċ-Ċittadin’ 

_________________________________________________________________________________

28 ta’ Marzu 2023

L-Ombudsman Parlamentari, l-Imħallef Emeritus Joseph Zammit McKeon intervistat fuq TVAM minn Keith Demicoli