Surverys

Bil-għan li s-servizz offrut liċ-cittadin ikompli jitjieb u sabiex jiġu identifikati l-aħjar mezzi biex l-għarfien dwar din l-istituzzjoni jkompli jiżdied, l-Uffiċċju ħass li kien wasal iż-żmien illi titkejjel l-opinjoni pubblika. Għalhekk, fl-ewwel xhur ta’ din is-sena saru żewġ eżerċizzji ta’ stħarrig tal-opinjoni pubblika:

1. Stħarriġ ma’ dawk li għamlu użu mis-servizz tal-Ombudsman u l-Kummissarji flaħħar snin; u

2. Stħarriġ ma’ kampjun tal-pubbliku in ġenerali minn lokalitajiet differenti madwar Malta u Għawdex.

L-aħħar li kien sar eżerċizzju simili kien fl-2003, meta dak iż-żmien kienet tqabdet kumpanija privata. Minħabba raġunijiet finanzjarji, dan l-eżerċizzju sar kompletament internament bl-għajnuna ta’ diversi taqsimiet tal-Uffiċċju.