L-ilment
Ħaddiem illi għal dawn l-aħħar għoxrin sena kien qiegħed jirċievi parti mis-salarju tiegħu mid-Dipartiment tas-Saħħa u l-parti l-oħra mill-Universita` ta’ Malta, ilmenta mal-Uffiċċju tal-Ombudsman, illi ma jafx eżatt min iħaddmu, jiġifieri ma’ min minnhom kien impjegat.
Il-complainant jirrapporta għax-xogħol fl-Universita` ta’ Malta u jagħmel xogħol ta’ tindif fil-Faculty of Health Sciences. Għalkemm hu kien jaħdem erbgħin siegħa fil-ġimgħa, ix-xogħol tiegħu ma kienx jitqies bħala full time iżda kellu kuntratt ta’ xogħol li kien jiġġedded minn xahar għal xahar.
Sabiex jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu huwa kien applika għal diversi pożizzjonijiet, iżda mingħajr suċċess, bl-aħħar tentattiv ikun għall-post ta’ messaġġier fl-Universita` ta’ Malta. Għalhekk il-complainant talab l-għajnuna ta’ dan l-Uffiċċju biex jirregola l-qagħda tal-impjieg tiegħu.
Il-fatti li jirriżultaw
Minħabba l-fatt illi l-complainant kien jirċievi salarju minn żewġ entitajiet differenti, il-Kummissarju talab għal tagħrif dwar l-impjieg tiegħu minn għand iż-żewġ entitajiet. Id-Direttur tar-Riżorsi Umani tal-Universita` ta’ Malta iddikjara illi l-complainant qatt ma kien impjegat tal-Universita`.
Wara stħarriġ mad-Dipartiment tas-Saħħa, irriżulta illi l-complainant kien imniżżel fir-rekords tad-Dipartiment tas-Saħħa għal aktar minn għoxrin sena bħala Health Attendant Trainee. Għalkemm hu kien jirrapporta għax-xogħol fil-fakulta` li taqa’ taħt l-Universita` ta’ Malta, is-salarju tiegħu kien dejjem jitħallas mid-Dipartiment tas-Saħħa wara li tiġi ikkonfermata l-attendenza tiegħu mill-awtoritajiet konċernati. Minn dan l-istħarriġ ħareġ ukoll illi matul l-istess perjodu, il-complainant kien qiegħed jagħmel xogħol ta’ tindif mal-Faculty of Health Sciences fl-isptar.
Fil-korrispondenza tiegħu, d-Direttur tar-Riżorsi Umani tal-Universita` ta’ Malta, ikkonferma illi l-complainant kien jirċievi mill-Universita` top up allowance għal raġunijiet umanitarji.
Id-Direttur tar-Riżorsi Umani u Amministrazzjoni fil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita` ikkonferma illi l-complainant kien impjegat mal-Ministeru. Minn aktar investigazzjonijiet irriżulta illi l-complainant kien l-uniku Health Assistant Trainee li kien fadal, u li għal dawn l-aħħar snin kien jingħata xogħol li kellu x’jaqsam mal-laboratorju u mal-prattika fil-klassi, fid-Dipartiment tal-Farmaċija fl-Universita` ta’ Malta u fl-Istitut tal-Kura tas-Saħħa.
Memorandum datat 15 ta’ Novembru 2005, iffirmat mill-Assistent Direttur Eżekuttiv tal-Istitut tal-Kura tas-Saħħa, iddeskriva lill-complainant bħala “that can be trusted to give a full day’s work performed to the best of his abilities”. L-impenn tiegħu lejn ix-xogħol kien deskritt bħala “cares deeply for his work and is constantly on the job without the need of much supervision”. Qal ukoll illi fl-Istitut tal-Kura tas-Saħħa il-complainant huwa wieħed mill-aktar ħaddiema maħbuba minħabba li jaħdem u jmur tajjeb mal-istaff. Irrimarka illi l-complainant kellu kundizzjoni li jbati minn ftit rogħda iżda din ma kinitx taffettwa x-xogħol tiegħu, biss kien ikun diffiċli illi jingħata impjieg ieħor jekk jiġi li jingħata s-sensja. Għalhekk meta wieħed iqis dan kollu, d-Direttur irrakkomanda illi sabiex il-pożizzjoni tal-complainant tiġi regolarizzata dan kellu jiġi impjegat bħala Laboratory Operator.
Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet
Il-Kummissarju għas-Saħħa bagħat ittra lir-Rettur tal-Universita` ta’ Malta u fiha spjegalu s-sitwazzjoni tal-complainant billi għarrfu bil-kontenut tal-Memorandum li kien jinsab fil-file personali.
Il-Kummissarju kien tal-fehma illi minħabba illi l-ħaddiem in kwistjoni kien jaħdem full–time fl-Universita`, l-Universita` għandha tappunta lill-complainant bħala impjegat full-time.
Ġie ssuġġerit ukoll illi minħabba illi l-complainant kien ibati minn ftit rogħda kif imsemmi fil-file personali, l-Att dwar l-Impjieg ta’ Persuni b’Diżabilita` kien jiffaċilita` t-talbiet tiegħu.
Fit-tweġiba tiegħu r-Rettur tal-Universita` informa lill-Kummissarju illi l-University Staff Affairs Committee kien ser jirrevedi dan il-każ.
L-eżitu
Wara diversi talbiet u fuq insistenza minn naħa ta’ dan l-Uffiċċju, il-Kunsill tal-Universita` aċċetta illi l-complainant isir impjegat tal-Universita` full time fuq rakkomandazzjoni tal-. University Staff Affairs Committee
Il-Kunsill tal-Universita` ħatar lill-complainant bħala full time Labourer sakemm jilħaq l-eta tal-irtirar, u b’hekk jibbenefika minn titjib fis-salarju u fil-kundizzjonijiet, imma fuq kollox minn impjieg stabbli.
Każijiet fil-qosor Każijiet fil-qosor Każijiet fil-qosor Każijiet fil-qosor Każijiet fil-qosor Każijiet fil-qosor Każijiet fil-qosor Każijiet fil-qosor Każijiet fil-qosor Każijiet fil-qosor Każijiet fil-qosor Każijiet fil-qosor