AOM-AOMF Working Group dwar il-Migranti Minuri – Żjara ta’ Studju fi Spanja –

 

L-Uffiċċju tal-Ombudsman kien irrappreżentat mill-Uffiċjal għall-Komunikazzjoni u r-Riċerka, s-Sur Jurgen Cassar li ħa sehem f’din iż-żjara ta’ studju li kienet organizzata mill-Ombudsman ta’ Spanja (El Defensor del Pueblo – id-Difensur tal-Poplu).  L-iskop ta’ din iż-żjara kien sabiex fi Spanja tiġi analizzata s-sitwazzjoni tal-migranti minuri.

Bħala parti minn din iż-żjara, l-AOM-AOMF working group kellu laqgħat mad-Difensur tal-Poplu, s-Sur Francisco Fernandez Marugan u l-Uffiċjali tiegħu, mal- Fondation Raices u mal-Kap tal-Minuri tad-Difensur tal-Poplu ta’ Andalusia.  Il-working group żar ukoll ċentru f’Madrid għall-minuri li qed ifittxu ażil li huwa immexxi mill-Fondation Merced Migraciones.  Il-grupp iffoka d-diskussjonijiet tiegħu dwar il-metodu kif tiġi assessjata l-età, il-proċessi li jintużaw meta l-minuri jfittxu l-ażil  u t-traffikar tal-persuni.

Il-working group tal-AOM-AOMF kien ifformat minn rappreżentanti mill-Uffiċji tal-Ombudsman ta’ Franza, l-Albanija, t-Turkija u l-Maċedonja.

Uncategorized @mt