Xi tfisser il-kelma Ombudsman?
Il-kelma Ombudsman għandha oriġini Svediżi u fil-fatt l-ewwel istituzzjoni tal-Ombudsman ġiet imwaqqfa proprju fl-Isvezja fl-1809. Il-kelma Ombudsman hija t-traduzzjoni Ingliża tal-kelma Svediża umbudsman mill-Lingwa Antika tal-Old Norse umboosmoar, li...
Kompli Aqra.. Kif jista’ wieħed jispjega x’inhi l-istituzzjoni tal-Ombudsman?
L-Istitut Internazzjonali tal-Ombudsman jagħti din d-definizzjoni:
“L-istituzzjoni tal-Ombudsman huwa uffiċċju mwaqqaf permezz ta’ kostituzzjoni jew statut, immexxija minn uffiċjal pubbliku indipendenti f’kariga għoljali jirċievi lmenti minn per...
Kompli Aqra.. X’inhi l-funzjoni tiegħu?
L-Ombudsman iservi bħala Kummissarju għall-Investigazzjonijiet Amministrattivi u hu responsabbli mill-investigazzjoni ta’ lmenti dwar kull deċiżjoni, azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi, bħal ma huma d-dipartimenti tal-gvern, ...
Kompli Aqra.. Min hu l-Ombudsman Parlamentari?
L-Ombudsman huwa uffiċjal indipendenti tal-Parlament maħtur mill-President tar-Repubblika fuq riżoluzzjoni tal-Parlament bl-approvazzjoni ta’ mhux anqas minn żewġ terzi tal-voti tal-Membri kollha tal-Kamra.
L-istituzzjoni tal-Ombudsman f’Malta twaq...
Kompli Aqra.. L-Ombudsman jista’ jagħmel investigazzjoni minn rajh mingħajr ma jkun irċieva ilment?
Iva. Skont l-Artiklu 13(2) tal-Att dwar l-Ombudsman, l-Ombudsman jista’ jiddeċiedi li jibda investigazzjoni minn rajh mingħajr ma jkun irċieva ilment għalkemm din normalment issir biss dwar kwistjonijiet importanti u ta’ interess ġenerali. L-Ombud...
Kompli Aqra.. Liema huma dawk l-ilmenti li jistgħu jiġu investigati mill-Ombudsman?
L-Ombudsman jinvestiga lmenti mressqa minn persuni li jallegaw li jkunu ġew miċħuda d-drittijiet ekonomiċi, soċjali jew kulturali tagħhom b’riżultat ta’ malamministrazzjoni li tkun ikkawżata, sew jekk involontarjament jew intenzjonalment, minn użu...
Kompli Aqra.. Liema huma dawk l-ilmenti li ma jistgħux jiġu investigati mill-Ombudsman?
L-Ombudsman ma jistax jinvestiga lmenti li jkunu riżultat ta’ azzjoni jew nuqqas minn naħa ta’:
individwi privati li jinkludu avukati, tobba, inġiniera, etċ fil-prattika privata tagħhom;
kumpaniji privati;
tranżazzjonijiet privati kemm kontra...
Kompli Aqra.. X’jiġri meta ilment jitressaq quddiem l-Ombudsman?
L-ewwel pass li jieħu l-Ombudsman meta jirċievi ilment hu li jara jekk l-ilment in kwistjoni jistax jiġi investigat   Kemm-il darba l-Ombudsman jiddeċiedi li l-ilment ma jistax jiġi investigat, il-persuna li tkun ressqet l-ilment tiġi innotifikata bid-...
Kompli Aqra.. Għal-liema raġunijiet jista’ l-Ombudsman jirrifjuta li jinvestiga lment?
L-Ombudsman jista’ jirrifjuta li jinvestiga lment meta:
min jilmenta ma jkunx ipprova jikseb rimedju mill-awtorita` pubblika ikkonċernata;
l-persuna li tressaq l-ilment ikollha mezz ieħor alternattiv skont il-liġi kif hi tista’ tikseb rimedju;
n...
Kompli Aqra.. Jista’ wieħed iressaq l-ilment tiegħu lill-Uffiċċju tal-Ombudsman fil-konfront ta’ Dipartiment, Awtorita` jew Entita` li jkollhom mekkaniżmu intern li jitratta l-ilmenti?
Kemm-il darba min jilmenta jressaq l-ilment tiegħu lill-mekkaniżmu mwaqqaf internament biex jitratta l-ilmenti u ma jkunx sodisfatt bid-deÄ‹iżjoni tal-bord, jista’ jibgħat l-ilment tiegħu lil dan l-Uffiċċju flimkien mad-dokumenti kollha relatati li gÄ...
Kompli Aqra.. Meta jista’ jitressaq l-ilment?
L-Ombudsman hu marbut permezz tal-Artiklu 14(2) tal-Att dwar l-Omudsman li ma jaċċettax li jinvestiga ilment kemm-il darba min iressaq l-ilment ikun ilu jaf bil-kwistjoni għal aktar minn sitt xhur.  Minkejja dan l-Ombudsman jista’ juża d-diskrezzjoni ...
Kompli Aqra.. Xi proċeduri jintużaw fil-każijiet li jinvestiga l-Ombudsman?
Meta l-Ombudsman jiddeċiedi li l-kwistjoni li tkun inġabet għall-attenzjoni tiegħu tkun timmerita li tiġi investigata, il-persuna li tkun ressqet it-talba għall-investigazzjoni tiġi infurmata bid-deċiżjoni tiegħu u tingħata l-isem tal-Uffiċjal Inve...
Kompli Aqra..