Delegazzjoni mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tiltaqa’ mal-Ombudsman

L-Ombudsman Parlamentari, is-Sur Anthony C. Mifsud iltaqa’ ma’ delegazzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE) li kienet Malta għal sensiela ta’ laqgħat bi preparazzjoni għal rapport perjodiku li joħroġ dwar il-pajjiżi membri tal-Kunsill tal-Ewropa. Il-delegazzjoni iddiskutiet ir-riformi fl-istituzzjonijiet demokratiċi u dik Kostituzzjonali, is-saltna tad-dritt, ir-riforma fil-ġudikatura, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-media, l-immigrazzjoni u l-konklużjonijiet tal-Inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Stqarrijiet