L-Ombudsman jista’ jirrifjuta li jinvestiga lment meta:
- min jilmenta ma jkunx ipprova jikseb rimedju mill-awtorita` pubblika ikkonċernata;
- l-persuna li tressaq l-ilment ikollha mezz ieħor alternattiv skont il-liġi kif hi tista’ tikseb rimedju;
- n-natura tal-ilment tkun ikkunsidrata bħala waħda trivjali, frivola u vessatorja jew li l-ilment ma jkunx tressaq in bona fede; u
- l-persuna li tressaq l-ilment tkun ikkunsidrata li m’għandhiex interess personali suffiċjenti fil-kwistjoni li tkun qed tilmenta dwarha.
Mistoqsijiet