Il-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor Bernard Grech żar l-Uffiċċju tal-Ombudsman

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor Bernard Grech żar l-Uffiċċju tal-Ombudsman fl-okkażjoni tal-25 sena mit-twaqqif tal-istituzzjoni.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni iltaqa’ mal-Ombudsman, is-Sur Anthony C. Mifsud, il-Kummissarju tas-Saħħa, is-Sur Charles Messina u l-Kummissarju tal-Ambjent u l-Ippjanar, il-Perit Alan Saliba. Waqt din iż-żjara il-Kap tal-Oppożizzjoni iltaqa’ ukoll mal-ħaddiema u rringrazzjhom ta’ ħidmithom.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kien akkumpanjat mill-Onor David Agius, l-Onor Robert Cutajar u l-Onor Karol Aquilina.
 
.
 
 
Stqarrijiet