Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni mistieden biex ikun il-kelliem ewlieni fiċ-Chief Coroner’s Conference for Senior and Area Coroners

Il-Prim Imħallef Emeritus Vincent A. De Gaetano, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, ġie mistieden biex ikun il-kelliem ewlieni fiċ-Chief Coroner’s Conference for Senior and Area Coroners. Il-Konferenza, li tiġi organizzata kull sena, saret Londra, fis-Central Hall Westminster, fis-17 ta’ Marzu, 2023, taħt l-awspiċi tal-Judical College for England and Wales. L-għan ewlieni tal-konferenza hu li tipprovdi forum għas-senior u area coroners biex jiddiskutu kwistjonijiet ewlenin konnessi mal-ġurisdizzjoni tagħhom. Il-Kummissarju għamel diskors ewlieni bit-titlu The Definite Article 2: A Brief Overview of Article 2 of the European Convention on Human Rights.

Stqarrijiet