Il-Kummissarju tal-Ambjent u l-Ippjanar jiltaqa’ mal-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima

Il-Kummissarju tal-Ambjent u l-Ippjanar, il-Perit David Pace kellu laqgħa mal-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima, l-Onor. José Herrera.

Waqt din il-laqgħa ġew diskussi diversi suġġetti fosthom l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, il-kummissjoni l-ġdida dwar it-tniġġis mill-ħsejjes, u l-fish farms.

Ġiet diskussa wkoll l-ittra li ntbagħtet lill-Ministru mill-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar.

Il-Kummissarju tal-Ambjent u l-Ippjanar, il-Perit David Pace ippreżenta lill-Ministru Herrera kopja tad-dokument bl-isem ta’ ‘Access to the countryside – The right to ramble’.

 

Stqarrijiet