Il-pubblikazzjoni ta’ Każijiet fil-Qosor 2015 imqiegħda fuq il-mejda tal-Kamra

Il-pubblikazzjoni ta’ Każijiet fil-Qosor 2015 ġiet imqiegħda fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati mill-iSpeaker, l-Onor. Anglu Farrugia.

Il-Każijiet fil-Qosor 2015, hija pubblikazzjoni annwali li tiġi ppubblikata kemm bil-Malti u l-Ingliż, li fiha tiġbor sommarju ta’ każijiet magħżula li jkunu investigate mill-Ombudsman u l-Kummissarji. Din il-pubblikazzjoni tipprovdi ħarsa lejn il-varjetà wiesgħa tal-ilmenti li jitressqu quddiem l-Ombudsman minn persuni li jħossu li ġew trattati ħażin u jkunu qed ifittxu rimedju. Tagħti wkoll informazzjoni dwar it-teknika investigattiva li tiġi adottata u u l-sforzi li jsiru sabiex l-awtoritajiet pubbliċi jiġu konvinti biex jaċċettaw ir-rakkomandazzjonijiet biex jiġu rimedjati  inġustizzji identifikati.

Kopji ta’ din il-pubblikazzjoni jistgħu jinġabru mill-Uffiċċju tal-Ombudsman.

Niżżel verżjoni elettronika tal-pubblikazzjoni

Artikli
Stqarrijiet