Kuntatt mal-pubbliku – l-użu ta’ għodda moderna

Fl-aħħar ftit xhur, l-Uffiċċju tal-Ombudsman nieda programm ta’ outreach iffokat biex iqajjem kuxjenza dwar il-funzjoni tiegħu, biex l-Uffiċċju jkun aktar viżibbli fil-media u jkollu interazzjoni maċ-ċittadin. L-ewwel fażi ta’ dan il-programm kienet tinkludi websajt kompletament ġdida li tagħti lill-pubbliku aktar aċċessibilità, informazzjoni u ipprovdiet servizzi li setgħu jiġu aċċessati online.

Bħala parti minn dan il-programm ta’ outreach, fil-ġimgħat li ġejjin l-Uffiċċju tal-Ombudsman se jibda jagħmel użu mill-media soċjali biex iżomm kuntatt mal-pubbliku. Sabiex jiġu stabbiliti l-aħjar prattiċi u proċeduri addotati minn istituzzjonijiet oħrajn, l-Uffiċjal għar-Riċerka u l-Kommunikazzjoni żar l-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew fi Brussel u ltaqa’ mas-Sur Benjamin Paul Hagard, Kap tal-Kommunikazzjoni u uffiċjali oħrajn. L-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew juża s-social media sabiex itejjeb ir-relazzjoni ma’ organizazzjonijiet biex iqajjem interess fost il-pubbliku dwar l-attivitajiet u s-servizzi li joffru.

Matul din iż-żjara, ġew diskussi inizjattivi oħra ta’ outreach u oqsma oħra fejn jista’ jkun hemm kollaborazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet.

Stqarrijiet