L-Imħallef Emeritus Joseph Zammit McKeon, ħa l-ġurament bħala Ombudsman Parlamentari f’ċerimonja preseduta mill-E.T. George Vella, President ta’ Malta. Għal din iċ-ċerimonja kienu preżenti ukoll il-Prim Ministru, l-Onor. Robert Abela, l-Ispeaker tal-Kamra, l-Onor. Anġlu Farrugia u l-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor. Bernard Grech.
Fis-6 ta’ Marzu 2023 il-Kamra tad-Deputati unanimament approvat in-nomina tal-Imħallef Emeritus Joseph Zammit McKeon bħala Ombudsman Parlamentari.
Wara ċ-ċerimonja, l-Ombudsman preċedenti, is-Sur Anthony C. Mifsud ta merħba lill-Imħallef Zammit McKeon fl-Uffiċċju tal-Ombudsman u wara laqgħa mal-Kummissarji introduċih lill-impjegati kollha.
Nota Bijografika tal-Ombudsman Parlamentari, l-Imħallef Emeritus Joseph Zammit McKeon