L-Ombudsman jiltaqa’ mal-Ombudsman Ewropew

L-Ombudsman Parlamentari, l-Imħallef Emeritus Joseph Zammit McKeon, iltaqa’ mal-Ombudsman Ewropew, Emily O’Reilly, biex jiddiskuti aktar kollaborazzjoni fi ħdan in-Network Ewropew tal-Ombudsman b’attenzjoni partikolarigħal amministrazzjoni tajba.

L-Imħallef Emeritus Joseph Zammit McKeon enfasizza li l-prijorità ewlenija tiegħu hija li jqarreb l-Ufiċċju lejn in-nies u jtejjeb ir-relazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika waqt l-investigazzjoni tal-ilmenti. Huwa spjega l-pjanijiet futuritiegħu għal inizjattivi mmirati lejn it-tisħiħ tal-kuxjenzapubblika u tal-importanza dwar aktar għarfien tar-rwol tal-Ombudsman.

L-Ombudsman tal-UE Emily O’Reilly enfasizzat l-importanzatan-Network Ewropew tal-Ombudsman fil-promozzjoni ta’ amministrazzjoni tajba fil-pajjiżi membri.

Iż-żewġ Ombudsmen saħqu dwar l-impenn tagħhom biexitejbu l-amministrazzjoni tajba fil-livelli Ewropej u nazzjonali. Billi jaqsmu l-aħjar prattiċi, esperjenzi, u jitgħallmu minn xulxin, il-membri tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsman għandhom l-għan li jsaħħu l-istituzzjonijiet tagħhom, billi jikkontribwixxu għal sistema ta’ governanza li hija attiva u inklużiva u li taqdi l-aħjar interessi tan-nies kollha.

Stqarrijiet