L-Ombudsman jiltaqa’ mal-Working Party on Arbitrary Detention tal-Ġnus Magħquda

Illum l-Ombudsman il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino iltaqa’ mal-Working Party on Arbitrary Detention (WGAD) tal-Ġnus Magħquda.

Din id-delegazzjoni (WGAD) tinsab  Malta sabiex issegwi xi żvillupi seħħew dwar ir-rakkomandazzjonijiet li kienu għamlu fl-2009 dwar il-kwistjonijiet tad-detenzjoni u ċ-ċaħda jew nuqqas ta’ libertà.

Dan il-Working Group ġie imwaqqaf permezz ta’ riżoluzzjoni mill-Kummissjoni Għolja għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Ġnus Magħquda u għandha l-awtorità li tinvestiga każijiet ta’ nuqqas ta’ libertà.

Għal din il-laqgħa attendew is-Sur Mads Andenas li kien Chair-Rapporteur tal-Working Group, is-Sur Roland Adjovi li huwa Vice Chair tal-Working Gorup, is-Sur Miguel De la Lama, Segretarju tal-Working Group u s-Sinjura Yiyao Zhang li tifforma parti mis-Segretarjat tal-Working Group.  Dr Monica Borg Galea, il-Kap tat-Taqsima tal-Investigazzjonijiet, kienet ukoll preżenti għal din il-laqgħa.

WEB1

Web 03

web 02

Stqarrijiet