L-Ombudsman jipparteċipa fil-laqgħat tal-Executive and Governing Board tal-Assoċjazzjoni tal-Ombudsman tal-Mediterran (AOM) fil-Kosovo

L-Ombudsman Parlamentari, l-Imħallef Emeritus Joseph Zammit McKeon, l-Ombudsman Malti, ipparteċipa fil-laqgħa tal-Executive and Governing Board tal-Assoċjazzjoni tal-Ombudsman tal-Mediterran (AOM) fil-Kosovo. Din il-laqgħa kienet parti minn konferenza ta’ tlett ijiet organizzata mill-Istituzzjoni tal-Ombudsman tal-Kosovo bi sħubija mal-AOM.  F’din il-konferenza qed jiġu diskussi l-Integrità u l-Indipendenza tal-Istituzzjonijiet tal-Ombudsman: ir-reżiljenza fost l-isfidi.

Bħala s-Segretarju Ġenerali u Teżorier tal-AOM, l-Ombudsman ħa sehem b’mod attiv fid-diskussjonijiet kollha dwar l-inizjattivi tal-AOM.

L-Ombudsman ħabbar konferenza li ser ssir f’Malta bejn 31 ta’ Ottubru u l-1 ta’ Novembru.  Il-Konferenza se tiddiskuti t-tema: ‘The Right to Good Administration: myth, aspiration or reality?. Din il-konferenza li ġejja se tkun forum sinjifikanti għall-membri tal-AOM sabiex jiddiskutu dan id-dritt fundamentali, li huwa l-pedament għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet rispettivi tal-Ombudsman.

Stqarrijiet