L-Ombudsman jirċievi żjara ta’ kortesija mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika

L-Ombudsman Parlamentari, l-Imħallef Emeritus Joseph Zammit McKeon illum iltaqa’ mal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, il-Prim Imħallef Emeritus Joseph Azzopardi.

Fil-laqgħa ġie diskuss kif iż-żewġ istituzzjonijiet jistgħu jikkollaboraw f’oqsma ta’ interess komuni li jsaħħu t-trasparenza u  l-kontabilità u jippromwovu mġieba korretta minn dawk responsabbli mill-amministrazzjoni pubblika.

Stqarrijiet