L-Ombudsman jista’ jagħmel investigazzjoni minn rajh mingħajr ma jkun irċieva ilment?

Iva.  Skont l-Artiklu 13(2) tal-Att dwar l-Ombudsman, l-Ombudsman jista’ jiddeċiedi li jibda investigazzjoni minn rajh mingħajr ma jkun irċieva ilment għalkemm din normalment issir biss dwar kwistjonijiet importanti u ta’ interess ġenerali.  L-Ombudsman jista’ ukoll japprova li dawn l-investigazzjonijiet fuq inizjattiva tiegħu jitwettqu minn naħa tal-Kummissarji.

Barra minn hekk, kull kumitat tal-Parlament jista’ jirreferi lill-Ombudsman biex jinvestiga kull materja li tkun qed tiġi kkunsidrata mill-istess Kumitat.  Il-Prim Ministru jista’ ukoll f’kull stadju jirreferi lill-Ombudsman kull materja li hu jħoss li għandha tiġi investigata mill-Ombudsman.

 

Mistoqsijiet