L-Ombudsman Parlamentari jattendi għat-tnedija tal-Akkademja għat-Tagħlim tal-Istitut Ewropew tal-Ombudsman Internazzjonali, f’Manchester

L-Istitut Ewropew tal-Ombudsman Internazzjonali (IOI) stabbilixxa kisba importanti bit-tnedija tal-Akkademja għat-Tagħlim tiegħu waqt konferenza ta’ jumejn f’Manchester. L-avveniment huwa ospitat mill-Ombudsman Parlamentari u l-Ombudsman għas-Servizzi tas-Saħħa tar-Renju Unit u qed jiġi sponsorjat mill-Istitut Internazzjonali tal-Ombudsman, dan bil-għan illi jenfasizza l-impenn tal-Istitut biex javvanza r-rwol tal-Ombudsmen madwar l-Ewropa. Għall-avveniment attendew membri tal-Ombudsman tal-IOI Europe, inklużi membri ġodda eletti tal-Bord tar-Reġjun Ewropew tal-IOI.

L-Imħallef Emeritus Joseph Zammit McKeon, l-Ombudsman Parlamentari, ipparteċipa f’dan l-avveniment inawgurali sinifikanti, li hija l-ewwel okkażjoni uffiċjali mill-elezzjoni tiegħu tal-Bord Reġjonali tal-IOI. Fil-jiem li ġejjin, l-Ombudsman se jattendi wkoll għal-laqgħa tal-Bord Reġjonali Ewropew, li għaliha se jattendu kemm il-bordijiet illi wasslu fit-tmiem tat-terminu tagħhom kif ukoll dawk li deħlin fil-kariga.

Fl-ewwel ġurnata ta’ din il-laqgħa s-Sur Rob Behrens, CBE, l-Ombudsman Parlamentari u l-Ombudsman għas-Servizzi tas-Saħħa tar-Renju Unit ta merħba permezz ta’ b’diskors tal-ftuħ. Huwa enfasizza s-sinifikat tal-laqgħa u t-twaqqif tal-Akkademja għat-Tagħlim. Is-sessjoni inkludiet ukoll rimarki tal-ftuħ minn Chris Field, President tal-IOI u l-Ombudsman tal-Punent tal-Awstralja; minn Dr Andreas Pottakis, President tal-IOI Ewropew u Ombudsman Grieg; u mill-Baronessa Neville-Rolfe, Ministru tal-Istat, fl-Uffiċċju tal-Kabinett tar-Renju Unit.

Il-qofol tal-aġenda fl-ewwel jum kienet id-diskussjoni strateġika dwar l-Akkademja Ewropea tal-IOI. Din it-taħdita ffokat prinċipalment fuq l-identifikazzjoni tal-udjenza li għaliha hija immirata l-akkademja, l-għażla ta’ tutors, metodi kif jistgħu jsiru l-iskambji ta’ għarfien, l-pjan biex jinkoraġixxi l-parteċipazzjoni, u l-mezzi għall-finanzjament, l-amministrazzjoni u strateġiji organizzattivi.

Is-sessjoni ġiet approfondita bil-kontribuzzjonijiet mis-Sur Dmytro Lubinets, il-Kummissarju tal-Parlament Ukren għad-Drittijiet tal-Bniedem. Huwa qasam l-fehim u l-esperjenzi uniċi tiegħu matul il-kunflitt li għaddej fl-Ukrajna. Aktar tard il-ġurnata ġiet if timiema b’diskussjonijiet marbuta mal-Peer Review u l-proposti  għat-twaqqif ta’ Senat u Konsulenza tal-IOI.

Din il-konferenza hija kruċjali fit-tisħiħ tan-netwerk u l-ħiliet tal-Ombudsmen madwar l-Ewropa, u fiha qed tiġi enfasizzata d-dedikazzjoni tal-IOI biex trawwem aktar l-iskambju tal-informazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn il-membri tagħha.

Stqarrijiet