L-Ombudsman Parlamentari ressaq protest ġudizzjarju fil-konfront tal-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali u s-Segretarju Parlamentari fi ħdan l-istess Ministeru dwar l-investigazzjoni ta’ ilmenti minn Uffiċjali tal-Forzi Armati.

L-Ombudsman Parlamentari, il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino, illum ressaq Protest Ġudizzjarju fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-konfront tal-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, l-Onor. Manuel Mallia u s-Segretarju Permanenti fi ħdan l-istess Ministeru, is-Sur Kevin Mahoney, dwar l-investigazzjoni ta’ numru ta’ ilmenti minn uffiċjali tal-Forzi Armati.

Ma din l-istqarrija qed tiġi ippublikata l-korrispondenza li għaddiet bejn l-Uffiċċju tal-Ombudsman u l-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, kif ukoll il-Protest Ġudizzjarju li tressaq illum, li bih ġie notifikat ukoll il-Prim Ministru.

L-Ombudsman tenna, li l-funzjoni tiegħu hi li jkun tarka taċ-ċittadin billi jinvestiga kif jixraq, ilmenti ta’ inġustizzja u diskriminazzjoni u jassigura liċ-ċittadini li jħarsilhom id-dritt għall-amministrazzjoni tajba u ġusta skont il-liġijiet tal-pajjiż. L-Ombudsman jawgura li fl-aħħar mill-aħħar, is-sens komun u s-sens ta’ ġustizzja jipprevalu fuq kull kunsiderazzjoni oħra.

Protest Ġudizzjarju

Skambju tal-korrispondenza

Media Releases