Wara laqgħa kordjali bejn l-Ombudsman Parlamentari, il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicno, u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Għawdex, is-Sur John Borg, ġie deċiż illi l-Uffiċċju tal-Ombudsman se jibda jżomm laqgħat regolari f’Għawdex maċ-ċittadini u dawk li jkollhom ilment.
Din l-inizjattiva hija intiża biex ittejjeb l-aċċessibilità tal-Uffiċċju għal dawk li jgħixu f’Għawdex. Dettalji dwar dawn il-laqgħat se jitħabbru aktar ‘il quddiem.
Waqt il-laqgħa ġew diskussi ukoll temi kurrenti u ilmenti li qed jiġu investigati. L-Ombudsman kien akkumpanjat minn Dr Brian Said, Uffiċjal Investigatur.
Stqarrijiet