L-Ombudsman u l-kultura tas-sanzjonar

L-Ombudsman jagħmel referenza għall-proċess ta’ konsultazzjoni li ġie mniedi mill-Awtorità tal-Ippjanar dwar ‘Regolamenti tal-2022 li jemendaw ir-Regolamenti dwar ir-Regolarizzazzjoni ta’ Żvilupp Eżistenti’.

Dawn l-emendi maħsuba sabiex jissanzjonaw bini illegali mibni fuq art barra miż-żona tal-iżvilupp (ODZ).

L-Ombudsman jattira l-attenzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar u tal-pubbliku li hu għamel rappreżentazzjonijiet lill-Kamra tad-Deputati dwar il-kultura ta’ abbuż tas-sanzjonar fl-Ombudsplan 2023 fil-kapitlu ‘Il-kultura tas-sanzjonar timmina s-saltna tad-dritt’. (paġni 30-33)

Dan id-dokument tqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra fl-4 ta’ Ottubru 2022.

L-Ombudsplan 2023 jista’ jitniżżel minn hawn

Stqarrijiet