L-Ombudsman u l-Kummissarju għall-Edukazzjoni jaġġornaw lill-Kamra tad-Deputati dwar ilment imressaq minn żewġ għalliema tas-sixth form

Fit-3 ta’ Awwissu 2023, l-Ombudsman u l-Kummissarju għall-Edukazzjoni aġġornaw lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati b’rabta ma’ Opinjoni Finali li f’April 2023 kienet tqegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żewġ għalliema tas-sixth form kienu lmentaw dwar is-sitwazzjoni inġusta li tirriżulta mill-mod kif sejħiet għall-għalliema fl-iskejjel privati u tal-knisja huma abbinati ma’ dawk maħruġa mill-Ministeru għall-Edukazzjoni.

Fl-ittra tagħhom tat-3 ta’ Awwissu 2023 l-Ombudsman u l-Kummissarju għall-Edukazzjoni infurmaw lill-Ispeaker illi l-Uffiċċju tal-Ombudsman kien ġie mgħarraf mis-Segretarju Permanenti Ewlieni, permezz ta’ ittra datata 2 ta’ Ġunju 2023, illi l-Amministrazzjoni ma kienx bi ħsiebha timplimenta r-rakkomandazzjonijiet li saru fl-Opinjoni Finali tat-2 ta’ Frar 2023. L-Uffiċċju tal-Ombudsman wieġeb għal din l-ittra u kopja ta’ dan l-iskambju huwa mehmuż hawnhekk:

02.06.2023 – Ittra mis-Segretarju Permanenti Ewlieni

03.08.2023 – Kummissarju għall-Edukazzjoni lis-Segretarju Permanenti Ewlieni

03.08.2023 – Ittra lill-Ispeaker

Stqarrijiet