L-opinjoni finali tal-Ombudsman ma tistax tiġi riveduta sakemm min jilmenta ma jipprovdix evidenza jew informazzjoni ġdida li ma kienitx disponibbli matul l-investigazzjoni, liema informazzjoni jew evidenza tista’ tagħti xejra oħra lill-każ.
Għandu iżda jiġi innotat li, d-deċiżjoni tal-Ombudsman ma tostakolax id-drittijiet legali tal-individwu milli jieħu passi ulterjuri skont il-liġi, kemm-il darba hu ma jaqbilx mal-eżitu tal-ilment tiegħu . M’hemm xejn li jwaqqaf lill-individwu milli jressaq l-ilment tiegħu jew tagħha quddiem il-Qrati wara li tkun saret investigazzjoni mill-Ombudsman.
Għalhekk, filwaqt li l-Uffiċċju tal-Ombudsman huwa mezz alternattiv għall-Qorti u jipprovdi rimedju mhux ġudizzjarju liċ-ċittadini, il-fatt li persuna tressaq l-ilment lill-Ombudsman ma jfissirx li tkun qed tnaqqas id-dritt statutorju tagħha.
Mistoqsijiet