L-Uffiċċju tal-Ombudsman ipparteċipa fis-Sessjoni Plenarja tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, b’tifkira tat-30 anniversarju tal-gvern lokali. F’dan l-avveniment, l-Uffiċċju tal-Ombudsman ipparteìpa billi rama stand apposta. Din l-istand kien joffri firxa wiesa’ ta’ informazzjoni dwar il-funzjoni, is-servizzi u l-appoġġ li l-Uffiċċju jista’ jipprovdi lill-kunsilli lokali fl-interazzjonijiet tagħhom mad-dipartimenti tal-gvern. Din l-inizjattiva kienet parti minn sensiela ta’ inizjattivi li qed jittieħdu mill-Uffiċċju. L-għan ta’ dawn l-isforzi huwa li jqarreb l-Uffiċċju tal-Ombudsman aktar lejn il-pubbliku, biex jassisti fit-titjib tal-effettività ġenerali tal-amministrazzjoni pubblika.
Fost dawk li attendew kien hemm l-Ombudsman Parlamentari, l-Imħallef Emeritus Joseph Zammit McKeon li żar l-istand u kellu kuntatt ma’ sindki u kunsilliera minn diversi lokalitajiet.