L-Uffiċċju tal-Ombudsman waqt Freshers’ Week

Din is-sena, bħas-snin ta’ qabel, l-Uffiċċju tal-Ombudsman, ipparteċipa fil-KSU Freshers’ Week fl-Università ta’ Malta li saret bejn l-4 u t-8 ta’ Ottubru.

Il-preżenza tal-Uffiċċju tal-Ombudsman fuq il-kampus kienet immirata/kellha l-għan illi  żżid/jżid il-viżibilità tal-istituzzjoni mal-istudenti u l-istaff akkademiku.

Matul il-Freshers’ Week l-istudenti kellhom l-opportunità li jiffamiljarizzaw irwieħhom aktar mar-rwol u l-funzjonijiet tal-Ombudsman u tal-Kummissarju għall-Edukazzjoni u li jistaqsu dwar is-servizzi offruti mill-Uffiċċju tal-Ombudsman. Lill-istudenti u l-istaff akkademiku li żaru l-istand tqassmulhom informazzjoni, pubblikazzjonijiet u għotjiet oħra.

Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Prim Imħallef Emeritus Vincent De Gaetano, żar l-istand tal-Uffiċċju tal-Ombudsman.

 

Stqarrijiet