Liema huma dawk l-ilmenti li ma jistgħux jiġu investigati mill-Ombudsman?

L-Ombudsman ma jistax jinvestiga lmenti li jkunu riżultat ta’ azzjoni jew nuqqas minn naħa ta’:

  • individwi privati li jinkludu avukati, tobba, inġiniera, etċ fil-prattika privata tagħhom;
  • kumpaniji privati;
  • tranżazzjonijiet privati kemm kontrattwali kif ukoll kummerċjali;
  • il-President;
  • il-Parliament il-Kabinett;
    • il-Ġudikatura inklużi deċiżjonijiet tal-Qrati u l-proċeduri segwiti mill-Qorti, jew fejn ikun hemm każijiet pendenti fil-Qorti jew quddiem xi Tribunal imwaqqaf b’xi liġi jew bis-saħħa tagħha;
    • kull investigazzjoni kriminali magħmula mill-Pulizija;
    • il-Forzi Armati ta’ Malta għajr għall-ilmenti mressqa minn uffiċjali u man of the force rigward ħatriet, promozzjonijiet, ħlasijiet jew id-dritt għall-pensjoni;
    • Kummissjonijiet mwaqqfa permezz ta’ leġislazzjoni ad hoc bħal ma hi l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni Elettorali, il-Kummissjoni dwar l-Impjiegi u l-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni;
    • il-proċeduri quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku sakemm l-Ombudsman ikun sodisfatt li min ikun qed jilmenta ikun diġa` pprova jikseb rimedju mill-mezzi kollha disponibbli għalih; l-Awtorita` tax-Xandir;
    • l-Avukat Ġenerali waqt il-qadi ta’ numru speċifiku mill-poteri mogħtija lilu bis-saħħa tal-Artiklu 91(3) tal-Kostituzzjoni;
    • persuni li jkunu qed joffru konsulenza legali lill-Gvern;
    • l-Awditur Ġenerali fir-rigward tal-funzjonijiet tiegħu kif stipulati f’Artikli 108(4) u 108(5) tal-Kostituzzjoni;
    • is-Servizz tas-Sigurta`; u
    • organizzazzjonijiet fejn il-Gvern m’għandux kontroll effettiv  (non-governmental organisations). 

Kwistjonijiet oħra li ma jistgħux jiġu investigati mill-Ombudsman jinkludu materji li jirrigwardaw s-sigurta` kemm interna u esterna tal-pajjiż; ir-relazzjoni tal-Gvern Malti ma’ gvernijiet oħra barranin jew organizzazzjonijiet internazzjonali; kull azzjoni li jieħu l-Ministru responsabbli mill-ġustizzja fir-rigward tal-Att tal-Estradizzjoni; u t-twettieq mill-Prim Ministru tal-poteri mogħtija lilu skont Artiklu 515 tal-Kodiċi Kriminali.

L-Ombudsman jista’ jiddeċiedi li ma jinvestigax ilmenti fejn min jilmenta jkun jista’ jikseb rimedju quddiem Tribunal Indipendenti.  L-Ombudsman ma jistax jinvestiga d-deċiżjonijiet meħuda mill-Qrati jew Tribunali.

Mistoqsijiet