Rakkomandazzjoni mhux implimentata: Loading Bay u ordni ta’ xogħlijiet relattiva kisru kemm l-Att dwar l-Awtorità għat-Trasport f’Malta kif ukoll l-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp

Skont l-Artikolu 22(4) tal-Att dwar l-Ombudsman, l-Ombudsman, is-Sur Anthony C. Mifsud, u l-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar, il-Perit Alan Saliba, bagħtu lill-Kamra tad-Deputati l-Opinjoni Finali dwar att amministrattiv minn Transport Malta wara l-implimentazzjoni ta’ spazju ta’ ħatt u tagħbija (un/loading bay).

Fl-Opinjoni Finali tiegħu, il-Kummissarju sab li Transport Malta awtorizzat spazju għall-ħatt u t-tagħbija għal żvilupp li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat bil-kundizzjoni li kwalunkwe attività ta’ ħatt u tagħbija ma ssirx mit-triq.

Il-Kummissarju irrakkomanda li Transport Malta tirtira l-awtorizzazzjoni għal dan l-ispazju ta’ ħatt u tagħbija u tara li l-implimentazzjoni tat-tneħħija tagħha terġa’ ssir bħala spazju ta’ parkeġġ kif kien qabel. Barra minn hekk, huwa rrakkomanda li Transport Malta toħroġ biss awtorizzazzjonijiet għal talbiet bħal dawn wara li taċċerta ruħha li kundizzjonijiet simili tal-permessi għall-iżvilupp li jistgħu jqanqlu nuqqas ta’ ftehim jkunu l-ewwel ġew miżmuma/imneħħija mill-awtorità l-oħra.

L-Eżitu

Transport Malta permezz tar-rappreżentanti legali tagħha infurmat lill-Kummissarju li ma taqbilx mal-konklużjonijiet tiegħu u għalhekk ma kinitx ser timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Għaldaqstant, f’Ottubru 2021, il-Kummissarju rrefera l-Każ lill-Prim Ministru. Peress li ma ttieħdet ebda azzjoni, l-Ombudsman u l-Kummissarju bagħtu r-rapport lill-Kamra tad-Deputati.

Dokumenti

23.08.2021 – Opinjoni Finali

24.09.2021 – Tweġiba ta’ Transport Malta

11.10.2021 – Ittra lill-Prim Ministru

09.11.2021 – Ittra lill-iSpeaker

 

Stqarrijiet