Stqarrija tal-Uffiċċju tal-Ombudsman

L-Uffiċċju tal-Ombudsman qiegħed jippubblika ittra li l-Ombudsman Parlamentari l-Prim Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino, bagħat il-bieraħ lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati l-Onor. Dr Anglu Farrugia, liema ittra ġiet mqiegħda fuq il-mejda tal-Kamra, l-bieraħ stess mill-iSpeaker.

Din l-ittra titratta r-risposta tal-Ombudsman, għall-ittra riferuta lilu mill-iSpeaker dwar it-talba li l-Onor. Jason Azzopardi għan-nom tal-Oppożizzjoni, għamel lill-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra, biex “…l-Ombudsman jinvestiga, jirrevedi, jirraporta u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kamra dwar il-proċess imħaddem…” mill-kumitat imwaqqaf mill-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali dwar allegat inġustizzji fl-Armata. Din it-talba saret skont l-Artikolu 13(4) tal-Att dwar l-Ombudsman.

Peress illi kemm ilu mwaqqaf l-Uffiċċju tal-Ombudsman, din hi l-ewwel okkażjoni, illi Kumitat tal-Kamra tad-Deputati ikkunsidra talba simili u ħa azzjoni dwarha, l-Ombudsman qed jipproponi x’għandha tkun il-proċedura f’każijiet bħal dawn u meta u kif l-Ombudsman għandu jipproċedi.

Ittra lill-iSpeaker

 

Media Releases