Stqarrija tal-Uffiċċju tal-Ombudsman Parlamentari

B’referenza għar-rapporti li dehru l-bieraħ f’sezzjoni tal-media dwar il-kwistjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni fuq l-ilmenti mressqa minn Uffiċjali tal-Armata quddiem l-Ombudsman Parlamentari, dan l-Uffiċċju jikkonferma li l-Ombudsman informa lill-partijiet dwar kif għandu l-intenzjoni li jipproċedi bl-investigazzjoni tiegħu jekk din il-kwistjoni ma tkunx riżolta b’mod sodisfaċenti fi żmien definit.

Din l-informazzjoni ma kienet qatt intenzjonata u m’għandiex tiġi interpretata bħala xi forma ta’ theddida jew ultimatum.

L-Ombudsman jawgura li din il-kwistjoni ta’ ġurisdizzjoni tista’ tiġi riżolta mingħajr il-ħtieġa ta’ azzjoni ulterjuri.

Stqarrijiet