Tajjeb.  Jista’ jkun aħjar.

Rapport tal-Kummissarju għall-Edukazzjoni li tħejja fuq inizjattiva tiegħu dwar l-Arranġamenti ta’ ACCESS għall-Kandidati bi bżonnijiet speċjali tal-MATSEC b’referenza għall-kandidati li jbatu mill-kundizzjonijiet tal-ADHD, Awtiżmu jew Dyslexia.

Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman iddeċieda li jwettaq dan l-istudju sabiex jistabbilixxi jekk studenti bi bżonnijiet speċjali li kienu ser jersqu għall-eżamijiet tas-SEC u tal-Matrikola jirċievu s-sapport u l-aċċess meħtieġ biex jegħlbu l-ostakoli imposti mill-kundizzjonijiet.

Il-Kummissarju kien xprunat li jwettaq din l-analiżi mill-ġenituri ta’ kandidati bi bżonnijiet speċjali li min-naħa waħda japprezzaw l-arranġamenti speċjali li hemm fis-seħħ u li jiġu offruti waqt l-eżamijiet, u min-naħa l-oħra jħossu li ma humiex biżżejjed u jeħtieġ li jitjiebu.

Dan l-istudju mhuwiex investigazzjoni dwar il-ħidma tal-ACCESS Committee tal-Università jew tal-Bord tal-MATSEC għaliex il-Kummissarju huwa konxju u japprezza x-xogħol validu li ż-żewġ entitajiet jwettqu ma’ dawk li jistħoqqilhom assistenza u sapport. Dan l-istudju għandu tliet għanijiet.

L-ewwel għan huwa li juri l-perspettivi tal-ġenituri tal-kandidati bi bżonnijiet edukattivi speċjali u d-diffikultajiet li jiffaċċjaw uliedhom meta jagħmlu l-eżamijiet tas-SEC u tal-Matrikola.  It-tieni għan huwa li jipprovdi lill-ġenituri in-ġenerali b’dokumenti li jgħinhom jifhmu l-kwistjonijiet komplessi involuti fejn jidħlu uliedhom meta jiġu biex jagħmlu l-eżamijiet nazzjonali u kif l-awtoritajiet tal-Università jistinkaw biex jegħelbuhom.  It-tielet għan huwa li dan l-istudju jservi ta’ għodda addizzjonali għall-awtoritajiet tal-Università biex jifhmu b’mod komprensiv it-tħassib ta’ dawn il-kandidati u l-ġenituri tagħhom.  Din l-għodda tista’ tkun partikularment siewja fiż-żmien meta l-istituzzjoni innifisha qed tirrevedi l-ACCESS tagħha u l-policies tal-eżami.

It-tagħrif u data miġbura għal dan l-istudju juru b’mod ċar li l-kandidati bi ħtiġijiet edukattiv speċjali fl-eżamijiet tas-SEC jiksbu riżultati anqas tajbin minn dawk ta’ studenti oħra. Din l-istatistika hija konsistenti fuq perjodu ta’ tlett snin bejn il-2014 u l-2016 fi tlett suġġetti magħżula jiġifieri l-Malti, l-Ingliż u l-Matematika.  Tabella A turi li r-rata ta’ suċċess tal-kandidati bil-kundizzjonijiet imsemmija hija anqas min-nofs tal-kandidati l-oħra.

Tabella A : Tagħrif li joħroġ b’riżultat mit-tliet tabelli l-oħra


minħabba l-kundizzjonijiet tagħhom,Dawn il-figuri ma jipprovawx b’mod konklussiv li l-kandidati bi ħtiġijiet speċjali imorru anqas tajjeb fl-eżamijiet minn kandidati oħra:

  1. minħabba nuqqas ta’ sapport u aċċess suffiċjenti mill-Università.

Huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li r-riżultati huma taħlita taż-żewġ fatturi.  Madanakollu, il-ġenituri tal-kandidati bid-Dyslexia-ADHD, per eżempju, jiġbdu l-attenzjoni għall-fatt li din l-informazzjoni turi li l-awtoritajiet tal-Università ma jgħinu bl-ebda mod lit-tfal tagħhom meta jittrattaw l-iżbalji tal-ispeling fis-suġġetti lingwistiċi bl-istess mod kif jiġu ikkorreġuti dawk ta’ kandidati oħra.  Dan meta huwa magħruf li studenti bid-Dyslexia għandhom diffikultà proprju biex jispellu b’mod korrett.  Dan iwassal li dawn il-kandidati jġibu riżultati li huma 40% anqas fl-Ingliż u l-Malti minn dawk miksuba minn kandidati oħra. Fil-proċess, il-ġenituri jisħqu li l-Università qiegħda iċċaħħad lil dawn il-kandidati mill-opportunità li jkomplu bl-istudji tagħhom fl-edukazzjoni terzjarja meta għandhom il-ħila intellettwali li jagħmlu dan.

Il-Kummissarju japprezza x-xogħol siewi li qed twettaq l-Università f’dan ir-rigward.  Hu jifhem u jagħder ukoll it-talbiet tal-ġenituri li jingħataw arranġamenti ta’ aċċess aħjar sabiex dawn it-tfal ikunu jistgħu jagħmlu l-eżamijiet nazzjonali u tassew ikunu imqiegħda fuq l-istess livell ta’ kandidati oħra. Il-ġenituri kemm-il darba enfassizaw mal-Kummissarju li ma jixtiequx li uliedhom ikollhom ċertifikati li għandhom inqas valur minn dawk ta’ studenti oħra. U lanqas ma jridu li uliedhom jiksbu xi vantaġġi fuq studenti oħra.  Huma jixtiequ li l-awtoritajiet tal-Università jittrattaw lit-tfal tagħhom bħala “Differenti iżda Ugwali” għall-kandidati oħra. Wieħed jittama li dan l-istudju jagħti kontribut lejn dan il-għan.

Il-Kummissarju wettaq dan l-istudju fuq inizjattiva tiegħu skont il-provvedimenti tal-Att dwar l-Ombudsman tal-1995 u fl-għarfien ta’ dak li jipprovdu l-Att tal-2000 dwar l-Edukazzjoni u l-Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità) Kap 413, l-Assessment Regulations tal-2009 tal-Università, kif ukoll il-Linji Gwida tal-Eżamijiet tal-MATSEC ACCESS Arrangements, 2015.

Niżżel kopja tar-rapport.

 

 

 

Artikli