Xi proċeduri jintużaw fil-każijiet li jinvestiga l-Ombudsman?

Meta l-Ombudsman jiddeċiedi li l-kwistjoni li tkun inġabet għall-attenzjoni tiegħu tkun timmerita li tiġi investigata, il-persuna li tkun ressqet it-talba għall-investigazzjoni tiġi infurmata bid-deċiżjoni tiegħu u tingħata l-isem tal-Uffiċjal Investigatur li ser ikun qiegħed jistħarreġ il-każ.  Fl-istess ħin l-Uffiċċju tal-Ombudsman jikkuntattja lill-awtorita` ikkonċernata biex jikseb mingħandha l-informazzjoni u l-ispjegazzjonijiet neċessarji dwar il-punti mqajjma fl-ilment.  A bażi ta’ din l-investigazzjoni, l-Uffiċċju jkun jista’ jifforma opinjoni.

 

 

Mistoqsijiet