Il-kelma Ombudsman għandha oriġini Svediżi u fil-fatt l-ewwel istituzzjoni tal-Ombudsman ġiet imwaqqfa proprju fl-Isvezja fl-1809. Il-kelma Ombudsman hija t-traduzzjoni Ingliża tal-kelma Svediża umbudsman mill-Lingwa Antika tal-Old Norse umboosmoar, li tfisser rappreżentant.
F’dawn l-aħħar snin l-istituzzjoni saret iktar marbuta mal-funzjoni tagħha tal-ħarsien tal-istat tad-dritt u l-interessi taċ-ċittadini. L-Ombudsman qiegħed aktar ikun magħruf għall-ħidma tiegħu li jippromwovi d-drittijiet fundamentali tal-individwi għall-amministrazzjoni pubblika tajba u bħala dak li jħares liċ-ċittadini kontra l-malamministrazzjoni, l-abbuż tal-poter u d-diskriminazzjoni improprja.
Mistoqsijiet Mistoqsijiet Mistoqsijiet Mistoqsijiet