Żjara ta’ kortesija mill-President tal-Bord tal-Gvernaturi u s-CEO tal-MCAST

 Nhar it-Tlieta 10 ta’ Awwissu 2021, il-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST), il-Professur Ian Refalo, u s-CEO tal-Kulleġġ, il-Professur James Calleja, għamlu żjara ta’ kortesija lill-Ombudsman, is-Sur Anthony C. Mifsud, u lill-Kummissarju għall-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, il-Prim Imħallef Emeritus Vincent A. De Gaetano. Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll il-Kap tat-Taqsima tal-Investigazzjonijiet fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, Dr Monica Borg Galea. Iż-żewġ naħat skambjaw fehmiet dwar kif jista’ jiġi mtejjeb il-proċess investigattiv imwettaq mill-Uffiċċju tal-Ombudsman dwar l-ilmenti mressqa kontra l-MCAST, u kif jistgħu jittejbu l-proċessi ta’ medjazzjoni li huma offruti wkoll bħala parti mis-servizzi provduti mill-Ombudsman.

Stqarrijiet